Skont rapport fir-Running Commentary tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat ixxaħħam mill-flus tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija.
Daphne Caruana Galizia spjegat li kmieni s-sena li għaddiet, BT International Limited mexxiet ix-xiri taċ-ċittadinanza Maltija għall-familja Russa. Willerby Trade Inc invosjat dan ix-xiri għall 50 fil-mija tal-ħlasijiet.
Is-sid ta’ BT International Ltd u Willerby Trade Inc hu Brian Tonna, imma fil-bidu tas-sena l-oħra hu kien ċert li ħadd qatt ma seta’ jkun jaf li hu kien is-sid tal-kumpanija Willerby Trade minħabba li din hi inkorporata fil-British Virgin Islands u dan kollu kien moħbi minn Mossack Fonseca fil-Panama. Brian Tonna qatt ma seta’ jobsor li se joħroġ l-iskandlu tal-Panama Papers.
Daphne Caruana Galizia qalet li Willerby Trade Inc irċeviet il-flus fil-kont tagħha f’Pilatus Bank. Imma wara, parti sostanzjali mill-flus għaddew għand Keith Schembri permezz tal-kontijiet tiegħu f’Pilatus Bank u fil-Bank of Valletta.
Dapne Caruana Galizia qalet li għalhekk hi bagħtet email lil Brian Tonna biex jagħti r-reazzjoni tiegħu qabel tippubblika l-informazzjoni, imma hu baqa’ ma weġibx.
//= $special ?>