#muscatgate Lokali

FILMAT: Il-Qorti tilqa’ il-provi tal-Kap tal-PN u se tinvestigahom

Ftit tal-ħin ilu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għadu kemm temm ix-xhieda tiegħu fl-inkjesta li qed tinvestiga lill-Prim Ministru. Fi tmiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbar li l-Qorti laqgħet il-provi kollha ppreżentata lilha u se jinvestigaw dawn il-provi.

Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar għamilx kuntatt miegħu matul din il-ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li sa issa ma sar l-ebda kuntatt u tenna li hu m’għandux fiduċja fil-Kummissarju Lawrence Cutajar.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kull ġurnata li qed tgħaddi u l-Prim Ministru jibqa’ fil-kariga qed issir ħsara kbira lill-pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li l-Pajjiż ma jistax jibqa’ għaddej kif inhu u għalhekk għandu jkun il-poplu li jagħżel.

Aktar Kmieni: Wasal il-Qorti bħalissa il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, biex jippreżenta l-provi tiegħu fil-każ ta’ korruzzjoni tal-Gvern ta’ Joseph Muscat wara li l-Maġistrat laqa’ t-talba li għamel biex jidher quddiemu, wara li ppreżenta rikors b’ġurament fl-inkjesta kriminali li qed issir dwar il-Prim Ministru.

Fl-aħħar ġimgħat, Simon Busuttil talab lil kull min għandu informazzjoni jgħaddiha u jkun protett.

Informazzjoni li waslet għand il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kienet Turi li f’Pilatus Bank kien hemm kont bankarju f’iserm Willerby Trade Inc reġistrata fil-British Virġin Islands. Is-sid inkixef fil-leaks tal-Panama Papers u li hu l-konsulent tal-Prim Ministru, Brian Tionna.

F’okkażjoni minnhom daħlu €166,831.90ċ u l-pagamenti saru lill-kumpanija ta’ Brian Tonna mill-persuni ta’ nazzjonalità Russa li ħallsu lil Brian Tonna għas-servizz biex jixtru ċittadinanza Maltija. Illum dawn xtraw iċ-ċittadinaza Maltija u Simon Busuttil qal li għandu isimhom.

Fil-Pilatus Bank kien hemm kont bankarju f’Keith Schembri u ftit wara li Brian Tonna rċieva l-flus mingħand ir-Russi, għamel żewġ pagamenti lil Keith Schembri ta’ €50,000-il wieħed għal total €100,000. Il-flus għaddew għand Keith Schembri mill-istess kumpanija ta’ Brian Tonna li rċeviet il-flus mingħand il-barranin jiġifieri mill-kont tal-kumpanija ta’ Brian Tonna, Willerby Trade Inc.

Meta kienu mitluba jispjegaw it-trasferimenti ta’ flus suspettużi kemm Keith Schembri u Brian Tonna taw l-iskuża li Brian Tonna kien qed iħallas lura lil Keith Schembri għal self li dan kien taħ meta kien qed jissepara.

L-inkjesta li għaddejja bħalissa qed tinvestiga wkoll il-kumpanija Egrant li fl-aħħar jiem kien żvelat li din il-kumpanija hi ta’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat. Inkjesta li għalhekk qed tinvestiga lil Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej!