Lokali

Imut il-maġistrat emeritu u l-eks Segretarju Parlamentari Joe Cassar

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt tal-eks maġistrat u l-eks deputat Dr Joe Cassar.

Joe Cassar ħadem għal diversi snin fil-Qorti bħala maġistrat kif ukoll serva bħala deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Joe Cassar kien magħruf ma’ ħafna bħala “Peppinu”.

Media.link communications issellem il-memorja ta’ Joe Cassar waqt li tibgħat il-kondoljanzi l-familja tiegħu.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, waqt li kien qed jindirizza r-rally tal-PN, sellem il-memorja ta’ Joe Cassar.

Ritratt: Maltatoday