Qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, l-istess kif qed jagħmel f’din l-elezzjoni, il-Prim Ministru beda jwiegħed minn kollox f’tentattiv biex jikseb il-voti. Dakinhar, erba’ snin ilu, Joseph Muscat kien wiegħed id-dilettanti tal-motorsport li se jtihom ċirkwit (ARA L-FILMAT), iżda llum erba’ snin wara, baqgħu mingħajr ċirkwit, u saħansitra id-dilettanti qed iħossuhom traduti.
L-‘Assoċjazzjoni Sports Muturi u Karozzi’ (ASMK) illum ħabbret li t-trakka tal-karozzi u l-muturi li l-Gvern ħabbar li se ssir f’Ta’ Qali, fil-verità ma tistax issir fuq art allokata għal proġett ieħor fl-istess żona. L-ASMK fi stqarrija fissret li l-membri tagħha huma mgħaġġbin bit-tħabbira tal-Prim Ministru dwar art imwiegħda għall-bini ta’ ‘Park tal-Motorsport’.
//= $special ?>