Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Ara l-wegħda ta’ Joseph Muscat dwar iċ-ċirkwit; “bqajna b’xejn”

Qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, l-istess kif qed jagħmel f’din l-elezzjoni, il-Prim Ministru beda jwiegħed minn kollox f’tentattiv biex jikseb il-voti. Dakinhar, erba’ snin ilu, Joseph Muscat kien wiegħed id-dilettanti tal-motorsport li se jtihom ċirkwit (ARA L-FILMAT), iżda llum erba’ snin wara, baqgħu mingħajr ċirkwit, u saħansitra id-dilettanti qed iħossuhom traduti.

L-‘Assoċjazzjoni Sports Muturi u Karozzi’ (ASMK) illum ħabbret li t-trakka tal-karozzi u l-muturi li l-Gvern ħabbar li se ssir f’Ta’ Qali, fil-verità ma tistax issir fuq art allokata għal proġett ieħor fl-istess żona. L-ASMK fi stqarrija fissret li l-membri tagħha huma mgħaġġbin bit-tħabbira tal-Prim Ministru dwar art imwiegħda għall-bini ta’ ‘Park tal-Motorsport’.

Waqt li l-Federazzjoni tal-Motorsport fi stqarrija ddikjarat li hi saret taf bit-trakka mill-aħbarijiet.