Lokali

GIDBA OĦRA TA’ GVERN LABURISTA: L-ASMK tgħid li “t-trakka f’Ta’ Qali MA TISTAX issir f’żona diġa allokata għal proġett ieħor”

It-trakka tal-karozzi u l-muturi li l-Gvern ħabbar li se ssir f’Ta’ Qali, fil-verità ma tistax issir fuq art allokata għal proġett ieħor fl-istess żona.

Ħabbret dan l-‘Assoċjazzjoni Sports Muturi u Karozzi’ (ASMK) li fi stqarrija fissret li l-membri tagħha huma mgħaġġbin bit-tħabbira tal-Prim Ministru dwar art imwiegħda għall-bini ta’ ‘Park tal-Motorsport’.

Dan għaliex is-sit imsemmi huwa fil-fatt parti mill-ftehim, inkluż att iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta, l-MFCC u l ASMK li jmur lura għall-20 ta’ Jannar 2012.

“L-ASMK qed tittama bil-qawwa kollha li t-tħabbira tal-Prim Ministru f’din il-lokalità kienet ir-riżultat ta’ żball jew informazzjoni żbaljata u tappella lil Joseph Muscat jicċara dil-kwistjoni mill-aktar fis,” tgħid l-istqarrija tal-ASMK.

L-Assoċjazzjoni appellat ukoll “lill-politikanti biex ma juzawx il-motorsport bħala ballun politiku u fis-snin ta’ wara jintesa kollox.”