Lokali

Il-Federazzjoni tal-Motorsport skopriet bit-trakka f’Ta’ Qali mill-aħbarijiet

Mill-Arkivji

Il-Federazzjoni tal-Motorsport fi stqarrija qalet li qed tistenna iktar informazzjoni dwar is-sit eżatt u ż-żona fejn se jsir l-iżvilupp tat-trakka tal-muturi u l-karozzi li l-Gvern ħabbar għal Ta’ Qali.

L-istess Federazzjoni, fl-istqarrija tagħha ħabbret li saret taf li l-Gvern għażel lil Ta’ Qali biex fih issir it-trakka mill-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali.

Filwaqt li tilqa’ l-iżvilupp b’mod pożittiv, il-Federazzjoni qed tħares ‘il quddiem li tassisti fid-deċiżjoni li ssir it-trakka u appellat lill-partiti politiċi biex jingħaqdu wara dan il-proġett nazzjonali.

Din l-istqarrija ssegwi dik tal-Assoċjazzjoni Sports Muturi u Karozzi (ASMK) fejn għamlitha ċara li t-trakka ma tistax issir għaliex l-art imwiegħda għall-bini ta’ ‘Park tal-Motorsport’, hija diġà allokata għal proġett ieħor.