#muscatgate Lokali

FILMAT: L-Avukat Ġenerali jikkonferma li kien jaf bir-rapporti dwar il-Bank Pilatus u Keith Schembri

L-Avukat Ġenerali, Peter Grech li hu wkoll ċermen tal-FIAU qal lil The Malta Independent li hu kien jaf bir-rapporti tal-FIAU dwar Pilatus Bank u Keith Schembri.

Dan wara li The Malta Independent żvelat li rapport tal-FIAU dwar Pilatus Bank, tratta t-trasferiment ta’ miljun ewro f’kont ta’ persona esposta politikament.

Peter Grech, qal li minkejja li kien jaf bir-rapporti  tal-FIAU, hu ma kienx jaf bil-kontenut ta’ dawn ir-rapporti.

F’attivita l-Ħadd filgħodu fil-Birgu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil appella lill-Avukat Ġenerali biex jippublika dawn ir-rapporti. Simon Busuttil irrefera għall-istorja li ħarġet fil-gazzetta The Sunday Times of Malta, fejn ġie ppublikat rapport tal-FIAU, li l-awtoritajiet ħbew għal aktar minn sena, u fejn l-istess gazzetta tikkonferma li Keith Schembri jinsab taħt investigazzjoni kriminali wara tixħim mill-bejgħ tal-passaporti.

Tags