Il-ġurnal influwenti Financial Times jirrapporta li l-kumpanija Ingliża tal-assigurazzjoni Hiscox se twaqqaf kumpanija sussidarja ġdida fil-Lussumburgu fil-pjan tagħha għal wara Brexit wara li għażlet il-Lussimburgu flok Malta.
Fi stqarrija Hiscox qalet li għażlet il-Lussemburgu minħabba l-orjentazzjoni pożittiva favur il-kummerċ, regolatur rispettat u settur finanzjarju b’saħħtu.
Aktar kmieni Hiscox kienet ħabbret kienet qed tevalwa l-aħjar għażla bejn Malta u l-Lussemburgu għal din l-operazzjoni finanzjarja ġdida.
Ix-xahar li għadda, il-kumpanija tal-assigurazzjoni Lloyds ta’ Londra wkoll għażlet Brussell bħala l-bażi Ewropea ġdida tagħha.
Il-kumpanija AIG ukoll se toħloq bażi ġdida fil-Lussemburgu.
Il-kumpanija Hiscox hi waħda ewlenija fis-settur fejn id-dħul tagħha żdied bi 17 fil-mija għal 751 Lira Sterlina b’riżultat ta’ tkabbir fil-kummerċ tal-kumpanija.
//= $special ?>