Elezzjoni 2017 Lokali

KONFERMA: Joseph Muscat mhux se jattendi d-dibattitu tal-Università

Jgħid li nhar it-Tlieta li ġej m'għandux imqar siegħa waħda għall-istudenti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu kkonferma li mhux se jkun qed jaċċetta l-istedina għal dibattitu mal-mexxejja tal-partiti politiċi fl-Università. Id-dibattitu se jsir nhar it-Tlieta li ġej, u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil aċċetta l-istedina mill-ewwel.

Imma l-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu kkonferma li mhux se jattendi għal dan id-dibattitu, minħabba impenn uffiċjali. Muscat qal li dakinhar tad-dibattitu se jkun impenjat “b’laqgħat twal” mal-President tal-Ukrajna Petro Poroschenko. Mistoqsi jekk għandux imqar siegħa waħda għall-istudenti, il-Prim Ministru qal li għandu jiem sħaħ, imma mhux dakinhar.

Jumejn ilu, il-kelliem ta’ Muscat f’Kastilja Kurt Farrugia kien l-Università f’laqgħat mal-għaqdiet tal-istudenti dwar dan id-dibattitu. Fi tmiem il-laqgħat, f’kummenti ma’ NET News, Kurt Farrugia ma qalx li l-Prim Ministru ma jistax jattendi minħabba impenji uffiċjali. Minflok, qal li r-raġuni għal-laqgħat li kien għaddej bihom kienet peress li rċieva “e-mail sketchy ħafna”.

ESKLUSSIVA: Il-kelliem ta’ Muscat b’laqgħat fl-Universita’ dwar id-dibattitu bejn il-Mexxejja