Tkompli l-mewġa ta’ nies li qed jiddikjaraw li se jivvutaw lill-Forza Nazzjonali waqt li jiddikjaraw li kuntrarju għall-elezzjoni ġenerali fl-2013, issa mhux se jivvutaw lill-Partit Laburista. Fl-aħħar ħin kien imiss li jagħmel dan l-Inġinier Marco Cremona, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali kien saħansitra indirizza attivita’ politika tal-Partit Laburista.
Marco Cremona f’post fuq facebook iddikjara li f’din l-elezzjoni tant importanti se jagħti l-appoġġ u l-vot tiegħu lill-Forza Nazzjonali. Sostna li kuntrarju għal dak li għamel fil-passat, din id-darba mhux se jivvota lill-Alternattiva Demokratika.
