Nhar it-3 ta’ Ġunju jkollna Gvern ġdid: gvern tal-poplu, mill-poplu, għall-poplu. Fit-3 ta’ Ġunju nagħzlu Malta.
Messaġġ ċar mill-eks Ministru Laburista u kandidat tal-Forza Nazzjonali Godfrey Farrugia f’diskors imqanqal f’mass meeting tal-PN f’rahal twelidu f’Ħaż-Żebbuġ.
Godfrey Farrugia għamel appell mill-qalb lil Laburisti ġenwini biex ma jibżgħux jivvotaw lill-Forza Nazzjonali imma dawn għandhom biss jibżgħu jekk ikun hemm il-Gvern Laburista għax bil-korruzzjoni jbati ż-żgħir.
Godfrey Farrugia saħaq li Marlene Farrugia wieġbet għas-sejħa li tingħaqad mal-Forza Nazzjonali u li hu s-sieħeb tagħha huma żewġ affarijiet differenti. B’vuċi emozzjonata Godfrey Farrugia tkellem dwar l-attakki li saru fuqu u fuq Marlene Farrugia u saħaq li dawn l-attakki juru li l-Partit Laburista huwa falz.
Huwa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fi ħdan il-Partit Laburista u qal li baqa’ jittama sal-aħħar li l-Partit Laburista jibdel id-direzzjoni iżda minflok intgħażlet it-triq taż-żebliħ ta’ pajjiżna. Godfrey Farrugia qal li minkejja li huwa kwiet ma setax iħalli lil min imisslu mal-prinċipji tiegħu.
“Jien ma nbdiltx. Jien se nibqa’ dak li jien: it-torċa tal-onesta’. Hija t-tmexxija tal-Partit Laburista li nbidlet għax inħakmet mill-qerq. Quddiem dan il-qerq ma tistax tibqa’ sieket imma trid tiddefendi dak li temmen fih. Dak hu l-veru suldat tal-azzar” saħaq Godfrey Farrugia.
Godfrey Farrugia qal li pajjiżna qiegħed f’salib it-toroq. Kien marid u baqa marid. Mhemmx ċans ieħor x’nitilfu. Fit-3 ta’ Ġunju l-għażla tagħna għandha tkun li nfejqu lil pajjiżna. Fit-3 ta’ Ġunju nagħżlu Malta.
//= $special ?>