Lokali

FILMAT: TKOMPLI L-INVESTIGAZZJONI DWAR EGRANT: Il-Maġistrat jirritorna f’Pilatus Bank

Il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed imexxi investigazzjoni kriminali dwar il-Bank Pilatus u l-kumpanija sigrieta Egrant, irritorna f’dan il-bank fejn komplew l-investigazzjonijiet.

Akkumpanjat minn uffiċjali tal-Pulizija, sorsi ta’ dan il-ġurnal spjegaw li fil-bank kien hemm ukoll il-preżenza ta’ numru ta’ barranin, fosthom tnejn partikolari li għenu fl-investigazzjoni.

Mill-informazzjoni li għandna jidher li fil-bank kien hemm pulizija mit-Taqsima tal-IT. Kollox jindika li l-investigazzjonijiet komplew ukoll b’rabta ma’ data li hemm f’kompjuters.

Dan hekk kif l-inkjesta qed tkompli tinvestiga l-allegazzjonijiet b’rabta mal-kumpanija Egrant u flejjes li għaddew mill-Ażerbajġan għall-kontijiet b’rabta ma’ din il-kumpanija, fejn fi transcripts ta’ dokumenti li dehru fis-sit daphnecaruanagalizia.com,  dehru rabtiet ma’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat.

Dwar dan il-każ hemm whistleblower, eksimpjegata tal-bank, li rat b’għajnejha dokumenti li jixhdu dan kollu.