Lokali

FILMAT: “Inwiegħed l-appoġġ sħiħ tiegħi lill-ħaddiema tas-settur tas-servizzi finanzjarji” – Simon Busuttil

“Ma naqbel xejn ma’ dak li qed jingħad dwar Malta” – Il-Kap tal-PN Simon Busuttil

L-ewwel ħaġa li jagħmel Simon Busuttil hi li jwaqqaf high level expert group b’esperti mis-settur tas-servizzi finanziarji

Waqt li f’konferenza tal-aħbarijiet li ndirizza kmieni wara nofsinhar il-Kap tal-PN Simon Busuttil kien mistoqsi dwar żviluppi ġodda fuq “Malta Files”, hu sostna li jwiegħed l-appoġġ sħiħ kollu tiegħi lill-ħaddiema tas-settur tas-servizzi finanzjarji. Sostna wkoll li ma jaqbilx ma’ dak li qed jingħad dwar Malta.

Il-konsorzju ta’ ġurnalisti magħruf bħala European Investigative Collaborators (EIC) qed jgħid li skopra 150,000 dokument li juru li Malta qed tintuża bħala bażi għall-iskartar tat-taxxa u l-ħasil ta’ flus. Dan il-konsorzju jinkludi 40 ġurnalist minn 16-il pajjiż differenti.

Il-midja internazzjonali qed tgħid li l-ismijiet ta’ dawk involuti fil-#MaltaFiles se jiġu ppubblikati għada.