#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: ‘Ma keċċejthomx għax kelli bżonnhom’ – Muscat dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri

Konrad Mizzi u Keith Schembri ma tkeċċewx minn Joseph Muscat għax kellu bżonnhom. Iddikkjara dan il-Prim Ministru Joseph Muscat stess meta kien qed jindirizza meeting fl-Imqabba. “Ma qablux miegħi fuq kif imxejt fl-issue tal-Panama. Fuq hekk kont ħadt deċiżjoni li kelli bżonn lill-persuni involuti” qal Muscat.

Dan b’kuntrarju għad-diversi dikjarazzjonijiet li għamel l-istess Prim Ministru fix-xhur li għaddew, fejn kemm-il darba rrepeta li dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri ħa l-passi li kellu jieħu u li refa’ r-responsabbiltà.

Waqt il-mass meeting, Joseph Muscat ammetta li hemm kandidati Laburisti li daħqu bin-nies. “Jekk daħak bikom xi kandidat, għażlu kandidat ieħor” appella Muscat lill-partitarji tiegħu.

Imma fuq kollox, waqt il-mass meeting kien evidenti l-inkwiet għal Joseph Muscat biex jirbaħ l-elezzjoni. B’kuntrarju għal erba’ snin ilu, illum, Muscat jittallab lill-partitarji tiegħu biex jisfurzaw lin-nies jivvutaw. “Iġbru l-vot u morru vvutaw kmieni kemm jista’ jkun. Għandi bżonnkom tikkonvinċu aktar nies joħorġu jivvutaw” żied jgħid Muscat lin-nies tiegħu.

Għal ħin twil, Muscat mhux biss attakka lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, iżda anke prova jbeżża’ lil dawk quddiemu. “Jekk tivvota lil xi partit ieħor, Simon Busuttil isir Prim Ministru” qal Muscat.

Aktar mill-mass meeting tal-Partit Laburista

FILMAT: Ara lil Muscat jgħajjat u jkun isteriku waqt il-mass meeting fl-Imqabba

Ġudikant jindirizza mass meeting tal-Labour