L-Avukat John Bonello, li llum huwa ġudikant li jaġġudika fit-Tribunal għat-Talbiet Żgħar, indirizza l-mass meeting tal-Partit Laburista fl-Imqabba, kontra kull prinċipju tal-etika li l-membri tal-ġudikatura huma mitluba u mistennija jirrispettaw.
Din mhux l-ewwel darba li John Bonello kien partiġġjan. Filfatt, fix-xhur li għaddew, sar ilment lill-Prim Imħallef Silvio Camilleri wara kummenti partiġġjani li Bonello kiteb fuq Facebook. Imma llum, mhux talli qed ikun partiġġjan fuq Facebook, iżda talli indirizza mass meeting tal-Labour.
F’diskors isteriku li għamel quddiem il-partitarji Laburisti, John Bonello nfexx f’attakk fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, b’tgħajjir indirizzat direttament lejh.
Bħala l-persuna li jmexxi t-Tribunal għat-Talbiet Żgħar, l-Avukat John Bonello huwa mistenni li jirrispetta l-ispirtu tal-ġudikatura, fosthom li ma jkunux partiġġjani bl-iskopa li jkunu mħarsa l-prinċipji ta’ ‘Qrati ħielsa u imparzjali’.
//= $special ?>