#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Għal Muscat il-Gvern li mexxa hu “nadif”

Meta mistoqsi minn NET News dwar dak li qal fil-Mass Meeting Laburista - Joseph Muscat tbissem u qal li għandu Gvern "nadif".

Fil-Mass Meeting tal-Partit Laburista fl-Imqabba, Joseph Muscat qal li jekk hemm xi kandidat Laburista li tradixxa lil xi ħadd, dak il-votant għandu jivvota għall-kandidat ġdid u jwarrab lil dak li tradieh.

Għaldaqstant NET News staqsa lil Joseph Muscat jekk dak il-kliem li qal ilbieraħ jgħoddx għall-kariga ta’ Prim Ministru wkoll. Il-fatt li Joseph Muscat tradixxa lill-poplu Malti – iġifieri l-poplu Malti għandu jwarrbu u jagħżel Prim Ministru ġdid minfloku?

Iżda hekk kif il-kwistjoni daret fuqu Joseph Muscat iddarras u tbissem, u qal li hu se jistenna r-riżultat tal-poplu Malti fl-elezzjoni. Kien f’dak il-mument li NET News insista jekk verament żamm kelmtu mal-poplu Malti – x’sar mill-wegħdiet tal-Gvern nadif, trasparenza, meritokrazija u kontabilita’?

Iżda Joseph Muscat irrisponda billi qal li hu għandu Gvern “nadif” – diskors li juri li Joseph Muscat qed ikompli jqarraq bil-poplu Malti, minkejja li r-realta’ hi li n-nies ta’ madwaru nqabdu jiftħu kumpaniji sigrieti fil-Panama.