Lokali

In-Nar fl-impjant ta’ Sant’Antnin: Avviż importanti mill-Protezzjoni Ċivili

Filmat tan-nar fl-impjant ta' Sant'Antnin mill-ajru

Waqt li bħalissa n-nar fl-impjant ta’ Sant’Antnin għadu qawwi, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ avviż importanti lir-residenti taż-żona.

Fl-avviż id-Dipartiment qed iħeġġeġ ir-residenti biex jgħalqu l-bibien u t-twieqi ta’ djarhom għax id-dħaħen jistgħu ikunu tossiċi.

Id-Dipartiment avża wkoll li jekk fid-dar hemm xi tip ta’ ventilazzjoni, in-nies huma mħeġġa joħorġu barra.

Dan l-avviż jibqa’ sakemm jintfew in-nirien.

B’kollox kienu evakwati  200 ħaddiem u mill-informazzjoni li ksibna jirriżulta li n-nar beda mill-impjant fejn issir is-separazzjoni tal-iskart.