Simon Busuttil f’Raħal Ġdid irrefera għall-kumment li għamel il-Maġistrat Aaron Bugeja li qal li r-riżultat tal-investigazzjoni fuq il-Prim Ministru u l-kumpanija Egrant ma tistax titlesta fi żmien qasir minħabba n-natura delikata u kumplessa tagħha u minħabba l-fatt li kien hemm bżonn investigazzjoni fuq livell internazzjonali.
Il-Kap tal-PN qal li dan se jkun ifisser li din l-investigazzjoni ma titlestiex sal-elezzjoni u dan se jkun ifisser li l-poplu Malti se jkun qed imur għall-elezzjoni bi Prim Ministru taħt investigazzjoni kriminali li tkun għadha ma ġietx magħluqa.
//= $special ?>