Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: 6 raġunijiet li Muscat qed jagħmel allegazzjonijiet assurdi u bla bażi

Il-Prim Ministru veru qiegħed dahru mal-ħajt u qed jagħmel allegazzjonijiet assurdi biex jgħatti l-involviment tal-klikka korrotta f’Kastilja f’Panama Papers u fuq il-kumpanija Egrant.

Wara li Joseph Muscat qal li l-whistleblower li kixfet l-iskandlu tiegħu hi mibgħuta mill-Gvern Russu bi tpattija għal Malta – ħafna kienu dawk li għorkithom għajnehom li l-fatti bejn dak li qed jgħid Joseph Muscat u l-fatti ta’ kif seħħu ma jaqblux.

Dawn huma r-raġunijiet li għal darb’oħra – sfaċċatment – Joseph Muscat reġa’ inqabad iħawwad fi kliemu stess:

 1. Il-whistleblower Russa waslet Malta f’Diċembru 2015

Waqt xhieda f’każ separat tad-Dipartment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijeit Industrijali kontra Pilatus Bank, il-whistleblower Russa qalet li hi waslet Malta f’Diċembru tal-2015. Dan il-każ kien jitratta n-nuqqas ta’ ħlas għax-xogħol tagħha. Il-whistleblower Russa qalet ukoll li hi bdiet taħdem ma’ Pilatus Bank f’Jannar tal-2016. Skont ir-raġunar ta’ Joseph Muscat – għalfejn ir-Russa kienet ‘stazzjonata’ hawn Malta sena qabel ħareġ il-każ?

2. Il-vapuri Russi waslu Malta f’Ottubru 2016

Joseph Muscat qal li din il-whistleblower Russa intbagħtet direttament mill-Kremlin bi tpattija għal meta Malta ma aċċettatx li tagħmel refueling tal-bastimenti li kienu fi triqithom lejn is-Sirja. Skont il-kliem ta’ Joseph Muscat – jekk il-whistleblower waslet Malta f’Dċembru tal-2015, u l-avveniment li ħoloq din il-kontroversja seħħ sena wara f’Ottubru tal-2016, ir-Russi kienu jafu kollox sena qabel?

3. Il-kopji tad-dokumenti ttieħdu mill-uffiċini ta’ Pilatus Bank f’Marzu 2016

Fuq is-sit tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, sar magħruf ukoll li l-whistleblower Russa ħadet kopji tad-dokumenti f’Marzu tal-2016 mill-uffiċini ta’ Pilatus Bank. Dan ifisser li l-whistleblower Russa ħadet d-dokumenti f’Marzu, meta r-Russi riedu r-refueling f’Ottubru tal-istess sena. Skont il-kliem ta’ Joseph Muscat – iġifieri l-whistleblower ħadet kollox seba’ xhur qabel seħħ l-każ?

4. Fl-2013, il-kumpanija Egrant ma twaqqfitx mir-Russi – iżda Nexia BT fetħithom f’isem Keith Schembri, Konrad Mizzi u Michelle Muscat

Huwa fatt li f’email mibgħut minn Karl Cini f’isem Nexia BT it-tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama – l-iskandlu ta’ Egrant sar verament  u mhux ġie vvintat mis-servizzi sigrieti Russi. Għalfejn Joseph Muscat qed jgħid li l-kumpanija Egrant hi vvintata u maħluqa mis-servizzi sigrieti beix joħolqu paniku f’Malta?

5. Joseph Muscat ripetutament qal li l-iskandlu Egrant hu orkestrat minn Simon Busuttil u mhux mir-Russi

Joseph Muscat ilu xhur sħaħ jgħid li Simon Busuttil orkestra dan l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama. Minn meta faqqa’ l-iskandlu li Egrant hi tal-mara ta’ Joseph Muscat, dan tal-aħħar iddefenda ruħu jgħid li Simon Busuttil kien jaf meta u x’ħiereġ mill-iskandlu Egrant. Għalfejn Joseph Muscat issa biddel il-verżjoni u qal li r-Russi kienu l-moħħ ta’ wara kollox u mhux Simon Busuttil? Iġifieri Simon Busuttil irnexxielu jikkonvinċi lil Vladimir Putin ukoll?

6. Joseph Muscat tilef il-kredibilita’

Huwa ċar li dak li qal Joseph Muscat dwar il-komplott mir-Russja ma jagħmilx sens. Il-kliem li qal, imqabbel mal-fatti t’hawn fuq ma jmorrux flimkien. Għaldaqstant l-appell tagħna hu: Jekk xi ħadd jirnexxielu jifhem dak li qal Joseph Muscat nistiednukom tibgħatulna kjarifika fuq news@netmedia.com.mt.