Meta mistoqsi dwar l-iskandlu Egrant waqt konferenza tal-aħbarijiet, Joseph Muscat qal li l-whistleblower Russa li kixfet li għandu kumpanija sigrieta fil-Panama, hija mibgħuta mir-Russja bi tpattija għal Malta.
Meta mistoqsi minn ġurnalist dwar artiklu li ġie ppublikat fuq www.intelligenceonline.com, Joseph Muscat ikkonferma li s-servizzi sigrieti Amerikani u Ingliżi – s-CIA u l-MI6 – għamlu kuntatt mas-servizzi sigrieti Maltin li din il-whistleblower Russa intbgħatet direttament mill-Gvern Russu bħala spija biex taqla’ l-inkwiet f’Malta.
Joseph Muscat qal li r-raġuni wara dan kollu jista’ jkun minħabba li f’Malta ftit tax-xhur ilu ma aċċettatx li tagħmel refueling ta’ vapuri Russi li kienu sejrin is-Sirja. Fl-istess ħin ukoll Joseph Muscat qal li jista’ jkun ukoll dwar il-proċess tal-Visa Waiver Programme mal-Ukrajna waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.
FILMAT: 6 raġunijiet għaliex ma jistax ikun li l-whistleblower ta’ Egrant hija spija tar-Russja
Fis-16 ta’ Mejju Joseph Muscat qal li l-istorja ta’ Egrant hi fabbrikata mid-Dar Ċentrali.
//= $special ?>