Għaddew transazzjonijiet għand Keith Schembri mingħand Brian Tonna, wara li dan irċieva pagamenti għal servizzi mgħotija għar-reġistrazzjoni tal-IIP.
L-Uffiċju tal-Prim Ministru kien strumentali għat-twaqqif u l-promozzjoni tal-IIP. Mil-banda l-oħra, Schembri għandu familjarità ma’ Ali Sadr, is-sid ta’ Pilatus Bank, u ħa nteress personali sakemm dan fl-aħħar ingħatatlu liċenzja bankarja mill-MFSA. L-FIAU jidhrilha li l-ispjegazzjoni ta’ Tonna u Schembri li l-flus mgħoddija kienu ħlas lura għal self, hija potenzjalment mod kif dawn jgħattu tixħim, speċjalment għaliex joħroġ li Tonna kellu biżżejjed flus meta qal li talab is-self. L-FIAU tqis li għandha suspetti biżżejjed biex ir-rapport jgħaddi għand il-Pulizija.
[tnc-pdf-viewer-iframe file=”http://cdn.netnews.com.mt/downloads/repa.pdf” width=”900″ height=”1100″ download=”true” print=”true” fullscreen=”true” share=”true” zoom=”true” open=”false” pagenav=”true” logo=”true” find=”true” language=”en-US” page=”” default_zoom=”auto” pagemode=””]AGĦFAS DIN IL-LINK BIEX TNIŻŻEL IL-PDF: DOWNLOAD DOKUMENT A
Ara l-istorja dwar il-korruzzjoni ta’ Keith Schembri fil-Bejgħ tal-Passaporti
//= $special ?>