Elezzjoni 2017 Lokali

“F’pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn hu ċar li hawn il-korruzzjoni” – l-Eks Rettur tal-Università

L-Eks Rettur tal-Università Prof. Juanito Camilleri temm jgħid li nhar is-Sibt li ġej il-poplu Malti għandu deċiżjoni serjissima x'jieħu.

L-Eks Rettur tal-Università il-Professur Juanito Camilleri iddikjara li f’pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn hu ċar li hawn il-korruzzjoni. Hu sostna li s-sitwazzjoni fil-pajjiż qed tinkwetah ħafna.

Il-Professur Camilleri f’intervista sostna li qegħdin f’sitwazzjoni fejn jiġu spinjati affarijiet ċari  u dan jagħmilha diffiċli biex wieħed isib il-verità.

L-eks Rettur qal li ninsabu f’sitwazzjoni fejn hu ċar li hemm korruzzjoni, korruzzjoni fl-ogħla livell tal-pajjiż u fl-ogħla istituzzjonijiet, dan iwassal messaġġ ħażin lit-tfal tagħna.

Hu sostna li aħna dejjem konna ngħixu f’pajjiż fejn ngħixu r-rule of law, li min jiżbalja għandu jerfa’ r-responsabbilità tal-iżball.

Hu tkellem dwar li ma jistax ikun li Malta tkun f’sitwazzjoni fejn wieħed jibża’ jitkellem kontra l-ħażen, wieħed jibża’ jagħmel xogħlu kif sippost u nispiċċaw f’sitwazzjoni fejn il-korruzzjoni tirrenja.

L-Eks Rettur tal-Università Prof. Juanito Camilleri temm jgħid li nhar is-Sibt li ġej il-poplu Malti għandu deċiżjoni serjissima x’jieħu.