Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: “Iċ-ċavetta ta’ pajjiżna hija f’idejn il-poplu” – Simon Busuttil jitfa’ l-vot tiegħu

“Iċ-ċavetta ta’ pajjiżna hija f’idejn il-poplu”. Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’kummenti lill-media ftit wara li xeħet il-vot tiegħu f’Ħal Lija.

Simon Busuttil qal li illum hija l-ġurnata tal-poplu meta l-poplu hu sovran biċ-ċavetta ta’ pajjiżna f’idejh.

Filwaqt li qal li d-deċiżjoni tal-poplu se tkun qed tiġi rispettata minn kulħadd, Simon Busuttil żied jappella biex kulħadd jagħmel id-dover tiegħu bħala ċittadin tal-pajjiż.

Biex mar jivvota f’Ħal Lija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien akkumpanjat minn Kristina u l-familja tagħhom. Hu kien intlaqa’ b’ċapċip minn dak preżenti li wkoll marru jixħtu l-vot tagħhom.

Simon Busuttil huwa wkoll kandidat fuq il-11 u t-12-il distrett.