Elezzjoni 2017 Lokali

RITRATTI: Għajnejn id-dinja fuq l-elezzjoni f’Malta

Għajnejn id-dinja jinsabu fuq il-proċess elettorali f’Malta hekk kif pajjiżna qed jivvota f’elezzjoni ġenerali bikrija, b’numru kbir ta’ websites internazzjonali li qed jirrapurtaw bi prominenza l-elezzjoni ġenerali f’Malta.

Fost dawn hemm il-website ‘Reuters’, li tissuplixxi l-aħbarijiet u r-ritratti lil eluf ta’ websites oħra tal-aħbarijiet. L-artiklu tar-Reuters juri bi prominenza ritratti tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jivvota f’Ħal Lija.

Anke l-website ‘Foreign Brief’, li tispeċjalizza f’aħbarijiet internazzjonali, qed tirraporta l-elezzjoni ġenerali f’Malta. Interessanti li l-artikli kollha barranin jagħtu l-isfond ta’ din l-elezzjoni ġenerali, u jsemmu l-avvenimenti li wasslu għal din l-elezzjoni ġenerali bikrija.

L-istazzjon tar-radju tal-BBC ukoll irrapporta l-elezzjoni ġenerali f’Malta, u tista’ ssegwi r-recording fil-filmat t’hawn taħt.

AKTAR: “Iċ-ċavetta ta’ pajjiżna hija f’idejn il-poplu” – Simon Busuttil jitfa’ l-vot tiegħu

AKTAR: Simon Busuttil idur il-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex

Filmat: Recording miġjub mill-istazzjon tar-radju BBC; muntaġġ tal-filmat: NET News