Inċident ikrah fl-impjant tar-riċiklaġġ magħruf bħala Tal-Kus, fix-Xewkija, hekk kif Taljan għal xi raġuni waqa’ f’magna li tqatta’ l-plastik u spiċċa b’saqajh it-tnejn maqbuda fiha.
L-inċident seħħ għall-11.30 ta’ dalgħodu, meta t-Taljan li għandu 50 sena għal xi raġuni waqa’ fil-magna li kien qed iħaddem. Immedjatament fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura.
Waqt li r-raġel instab li qed isofri minn ġrieħu gravi, inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri biex ikun stabbilit x’wassal għal dan l-inċident. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Kawża ta’ dan l-inċident, il-ħidma fl-impjant twaqqfet temporanjament, bil-ħaddiema jintbagħtu lejn id-dar. Uħud minnhom tkellmu ma’ Net News u spjegaw it-trawma li għaddew minnha.
//= $special ?>