Il-midfielder internazzjonali Malti Andre’ Schembri m’għadux plejer ta’ Boavista wara li ż-żewġ naħat laħqu ftehim biex jiġi tterminat il-kuntratt. Skont Boavista, kien il-plejer li talab biex jinħall minn mat-tim. Hu kien ingħaqad mal-klabb Portugiż fl-2016 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 30 logħba u sab ix-xibka ħames darbiet.
F’dawn l-aħħar ġimgħat Boavista akkwistaw diversi plejers li jilagħbu fl-istess pożizzjoni tal-plejer Malti u dan kompla jikkonvinċi lil Schembri biex isib triq oħra.
Għal Schembri diġà hemm lest klabb ieħor Ewropew u l-possibbiltajiet li jirritorna f’Malta huma minimi ħafna.
//= $special ?>