Anzjana weġġgħet gravi wara li għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin ta’ filgħodu ittajret fi Triq is-Sejba fl-Imqabba. (B’kuntrarju għal dak li kien irrapurtat aktar kmieni li l-mara ttajret fil-Qrendi.)
Jirriżulta li l-anzjana ta’ 72 sena mill-Imqabba ittajret minn karozza tat-tip Volkswagen misjuqa minn mara ta’ 25 sena mis-Siġġiewi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>