Lokali

In-Nazzjon 22.06.2017

In-Nazzjon jagħti ħarsa lejn l-elezzjonijiet każwali li saru lbieraħ, bir-riżultat ikun ta’ ħames deputati ġodda tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament li se jiftaħ nhar is-Sibt li ġej.

Storja oħra ewlenija hi l-permess li ngħata għall-bini ta’ erba’ vilel f’zona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Kalkara u f’Marsaskala.

Feature interessanti b’informazzjoni u b’ritratti jittratta r-restawr tal-paviment fil-knisja ta’ San Pawl, fil-Belt Valletta.

L-opinjonijiet tal-lum hemm l-analiżi politika ta’ Angelo Micallef, Antonello Cuschieri u tal-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani.