Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qabel b’mod unanimu li jappella kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ waħda mill-eqdem binjiet fil-lokalità.
Fi stqarrija l-Kunsill Lokali rrimarka li din il-binja għandha ‘l fuq minn mitt sena u issiba fi kwalunke ritratt ta’ Marsaskala fl-imgħoddi.
Il-Kunsill iddikjara li ma jistax jifhem kif s-Sovratindent tal-Patrimonju Kulturali kif ukoll il-Case Officer flimkien mal-Aworita’ tal-Ippjanar qablu kollha ma din il-proposta ta’ twaqqiegħ.
Għaldaqstant, il-Kunsill Lokal ta’ Marsaskala se jieħu r-responsabbilta’ sabiex jipprova jissalvagwardja din il-landmark li fissirha bħala ta’ importanza għall-Patrimonju Kulturali mhux biss ta’ Marsaskala imma ta’ Malta kollha.
//= $special ?>