L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta hija għaqda volontarja li tieħu ħsieb iżżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni lejn San Publju, Patrun u qaddis Malti, msemmi fil-Bibbja għall-ġenerożità u l-laqa’ li għamel lill-Appostlu tal-Ġnus.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni qalet li din is-sena jaħbat l-1950 sena mill-martirju tal-appostlu missierna San Pawl, u l-ħames snin mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta. Biex tfakkar dan l-anniversarju fit-2 ta’ Lulju l-Assoċjazzjoni se tkun qed torganizza pellegrinaġġ, li jikkonsisti f’mawra fuq il-gżejjer ta’ San Pawl bl-istatwa ta’ San Publju. Hemmhekk se ssir il-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
L-idea nibtet sabiex permezz ta’ dawn il-qaddisin b’rabta intima aħna l-Maltin niftakru fl-għeruq tagħna tal-Kristjaneżmu immarkati bil-laqa’ ġeneruża li għamel Publju lil Pawlu, u allura lil Ġesù Kristu, li tiegħu bħal Pawlu aħna mistiedna nkunu xhieda.
L-Assoċjazzjoni qalet li din l-attività se tibda għall-ħabta tat-3.30pm f’San Pawl il-Baħar, permezz tal-laneċ u minn hemm jibda l-vjaġġ lejn il-gżejjer. Biex din tkun esperjenza sabiħa qed nistiednu wkoll lil dawk li għandhom dgħajjes biex jingħaqdu magħna akkumpanjati wkoll bi bnadar ta’ Malta sabiex isebbħu din l-attività. Lura Malta l-istatwa ser titmexxa f’purċissjoni qasira akkumpanjata mill-banda. l-attività tagħlaq bil-Barka Sagramentali.
Dawk interessati sabiex jibbukkjaw huma mistiedna jagħmlu dan permezz ta’ e-mail lil publjumlt@gmail.com jew mob; 79059571, 79372709.
Tistgħu issegwu l-paġna tal-għaqda fuq facebook; Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.
//= $special ?>