Lokali

FILMAT: “Smajt l-isparaturi minn fuq it-telefon” – L-Isqof Malti fil-Kenya Emmanuel Barbara

Illejla fil-programm ġdid Nafek X’imkien li ser jixxandar fid-9p.m. fuq Net Television , Fabian Demicoli se jintervista lill-Isqof Malti fil-Kenya, Emmanuel Barbara.

L-Isqof Malti ilu jgħix l-Afrika 26 sena, miegħu nitkellmu dwar diversi esperjenzi, fosthom meta f’żona li jmexxi hu seħħ attakk terroristiku u nqatlu aktar minn 60 persuna.

Hu jirrakonta li rċieva telefonata ftit wara l-10p.m. li nfurmawh li kien qed isir attakk fuq il-villaġġ Mpekatoni. L-Isqof sostna li hu beda jisma’ l-isparaturi waqt li kien fuq it-telephone.

Nitkellmu miegħu ukoll dwar it-tfulija tiegħu fil-Gżira, fejn twieled, u nisimgħu diversi stejjer li se jirrakkontalna.

llejla fid-9p.m. fuq NET Television.