Futbol Sport

Għaliex Andrè Schembri qed jiċċelebra hekk?

Il-plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri kellu bidu tajjeb mal-klabb il-ġdid tiegħu Apollon Limassol fejn skorja fiż-żewġ partiti li t-tim Ċiprijott lagħab kontra FC Zaria. Iżda mal-gowl tal-vantaġġ għaxar minuti mit-tmiem, Schembri ċċelebra b’mod partikolari.

Ftit jiem wara, fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Schembri żvela li ċ-ċelebrazzjoni saret biex ad unur ta’ Dr Klown li hi organizzazzjoni volontarja li għandha l-għan li toħloq tbissima fuq uċuħ it-tfal fl-isptar. Schembri fil-post tiegħu, appella lin-nies biex jagħtu donazzjoni.