Internazzjonali

Esperjenza tal-waħx ma’ serp enormi quddiem id-dar

 

Skwadra għall-emerġenzi fl-Istat Amerikan ta’ Ohio intervjeniet biex issalva mara li spiċċat b’serp kbir, tat-tip boa constrictor, imdawwar ma’ għonqha ‘u fejn kien irnexxielu jeħlilha ma’ wiċċha’.

Il-mara, li ċemplet lit-taqsima għall-emerġenzi biex tinfurmahom dwar iċ-ċirkustanzi, kienet salvat lil dan is-serp ( li kien twil xi 1.6 metri) ġranet ilu, b’dan, imbagħad, jispiċċa ‘jaħtafha f’morsa’ fejn anki gidmilha mneħirha.

In-nies li marru b’ambulanza fl-indirizz tal-mara fil-belt ta’ Sheffield Lake sabuha mimduda, f’għadira demm, fid-driveway tar-residenza, ‘u bis-serp determinat li ma jċedix pulzier’.

Intant, huma qatgħu ras is-serp b’sikkina biex ma jibqax imqabbad ma’ wiċċ il-mara li ttieħdet tiġri l-isptar, fost konferma li hi ma tinsabx f’periklu tal-mewt.