Ftit tal-ħin ilu il-festival ta’ Unite Tomorrowland f’Barċellona fi Spanja kellu jintemm ħesrem wara li l-palk sar ħuġġieġa waħda minħabba nar li żviluppa.
Kawża ta’ dan in-nar qawwi il-folla ta’ aktar minn 22,000 persuna kellha tiġi evakwata minħabba s-sigurta’. In-nar żviluppa fuq il-palk qabel ma kien se jieħu jdoqq id-DJ Steve Aoki.
Persuni li raw dan kollu jiġri quddiemhom qalu li l-palk “litteralment sploda.”
Fortunatament ma kien hemm l-ebda vittmi kawża ta’ dan l-inċident.
Il-festival Unite Tomorrowland f’Barċellona kien parti minn ħolqa ta’ festival li saru madwar l-Ewropa, fosthom f’Malta li ngħaqdu mal-kunċert ta’ Tomorrowland fil-Belġju.