Lokali

AĠĠORNATA: Iż-żewġ żgħażagħ instabu ħajjin f’għar minn sajjied

Hekk kif dalgħodu ssoktaw it-tfitxijiet għaż-żewġ żgħażagħ, omm wieħed minnhom fuq is-sit soċjali facebook kitbet li nstabu ħajjin, skont omm wieħed miż-żgħażagħ, huma nstabu qrib il-Blata tal-Melħ.

Jidher li kien sajjied li għall-ħabta tas-6:30a.m. ċempel lill-Pulizija biex jgħarrafhom bl-akwati tal-Blata tal-Melħ u li hu kien lemaħ iż-żewġ żgħażagħ.

Fil-post intbagħtu kemm ħelikopter kif ukoll Patrol Boat. Hekk kif iż-żgħażagħ lemħu l-Patrol Boat, qabżu fil-baħar biex jgħumu fid-direzzjoni tagħha. Huma ttellgħu u ttieħdu lejn ambulanza li ħadithom l-isptar għall-kura.

AKTAR QABEL: It-tfittxija għal-żewġ żgħażagħ kompliet mal-irdumijiet magħrufa bħala tal-Blata tal-Melħ, fil-limiti tal-Imtaħleb. Il-Pulizija l-Ħadd infurmaw lil Net News li nstabu ż-żewġ roti tagħhom. Dan hekk kif omm wieħed minnhom sabet ir-roti moħbija f’għar fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li ż-żewġ ġuvintur li kienu nieqsa, li huma Nick Johnson, Malti ta’ 19-il sena minn Birżebbuġa u Mark Petric,Serb ta’ 21 sena residenti Birkirkara, ħbew ir-roti fl-għar bil-għan li ħadd ma jeħodhomlom sakemm marru passiġġata sal-akwati tal-Blata tal-Melħ.