Basketball Sport

Hibernians Basketball ikomplu bit-taħriġ fis-sajf

Il-grupp kollu ta' Hibernians Basketball Nursery flimkien maż-żgħażagħ tal-klabb

Matul il-ġranet tas-sajf, Hibernians Basketball komplew bit-taħriġ tat-tfal. Fil-jiem li għaddew matul sessjoni ta’ taħriġ, ingħaqdu żgħażagħ tal-istess klabb li matul dan is-sajf rebħu midalji mat-timijiet nazzjonali.

Dawn kienu l-eks Hibernians, Kurt Cassar li preżentament jilgħab f’Ruma, li rebaħ ukoll l-MVP tat-Tournament taħt it-18-il sena, li flimkien ma’ Paul Attard, Isaac Bonett u Matthias Buhagiar ikklassifikaw fit-tielet post u rebħu l-midalja tal-bronż f’Ċipru.

Fl-istess kategorija imma dik femminili, żewġ plejers li telgħu mill-istess Nursery, Nicole Vella u Kirsty Caruana rebħu l-midalja tal-bronż proprju f’pajjiżna hekk kif it-tournament sar fil-Kumpless tal-Iskola Nazzjonali tal-Isports f’Pembroke.

Imbagħad fil-kategorija femminili ta’ taħt is-16-il sena f’Ġibiltà ntrebħet il-midalja tal-fidda. Żgħażagħ bħal Jasmine Abela, Britney Agius u l-eks Hibernians, illum tilgħab ma’ Rainbow Catania Maya Vella, kollha telgħu mill-Hibernians Basketball Nursery.

Il-ġenituri u t-tfal ġie spjegat lilhom is-sagrifiċċju u sigħat ta’ taħriġ li jrid isir sabiex jiġi s-suċċess. Fl-aħħar ittieħed ritratt kommemorattiv tal-okkażjoni. Hiberninas Basketball Nursery qed jistiednu tfal li twieldu mill-2006 ‘il quddiem biex jingħaqdu magħha. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Head Coach Tony Cassar fuq 79994329.