L-Oppożizzjoni bagħtet il-proposti tagħha dwar it-tisħiħ tal-Parlament Malti lill-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista ħabbar dawn il-proposti fl-aħħar ġimgħat.
Is-seba’ proposti li preżentat l-Oppożizzjoni biex il-Parlament jaħdem aħjar huma:
1. Li Jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika;
2. Jibda jsir skrutinju ta’ ħatriet bħal ambaxxaturi u chairpersons ta’ awtoritajiet;
3. Jibda jkun hemm ħin speċifiku fil-Parlament għal Prime Minister’s Question Time;
4. Li l-Parlament ikollu aktar faċilitajiet u riżorsi għall-ħidma Parlamentari,
5. Il-Parlament jingħata aktar fondi biex ikun jista’ jimpjega aktar ħaddiema li jkunu ta’ appoġġ u fond ta’ riċerka għad-Deputati Maltin,
6. Li jibdew diskussjonijiet għar-Riforma Kostituzzjonali li tkun tinkludi l-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena fl-elezzjoni ġenerali, u
7. Li mozzjonijiet privati tal-Oppożizzjoni jsiru aktar frekwenti minn dak li hemm previst illum ta’ darba kull tliet xhur.
L-ittra li ntbaghtet lill-Vici Prim Minsitru Chris Ferne bis-seba’ proposti kienet iffirmata mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco u mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.
//= $special ?>