Wara li dalgħodu waqa’ s-saqaf tal-Knisja tal-Franġiskani fir-Rabat, Net News qed jippubblika ritratti tas-saqaf qabel u wara li kkrollat parti minnu matul il-lejl li għadda.
Intant, il-Gvern dalgħodu stess bagħat ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex joffru s-servizzi tagħhom sabiex tkun magħrufa l-ħsara li saret, wara li sfronda s-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat u jibdew ix-xogħlijiet fuq il-Knisja kemm jista’ jkun malajr.
Il-Prim Ministru għamel kuntatt mal-Patrijiet Franġiskani Minuri u l-Arċisqof biex joffri l-għajnuna tal-Gvern.
//= $special ?>