Il-linja tal-ajru, Ryanair, għadha kif ħabbret li passiġġieri li ma jkollhomx priority boarding se jkunu jistgħu bagalja żgħira waħda biss u mhux se jibqgħu jitħallew itellgħu basket żgħir miegħu mill-1 ta’ Novemberu li ġej.
Dawk li se jkollhom il-priority boarding biss se jkunu jistgħu itellgħu l-bagalja u l-basket. Il-bagalja ż-żgħira tagħhom se titħalla ħdejn il-boarding gate u tinġabar mal-bagalji fl-ajurport tat-tluq.
Fi stqarrija, Ryanair qalet li qed tagħmel dan sabiex telimina d-dewmien fit-titjiriet kawża tan-nuqqas ta’ spazju fl-overhead cabin għall-bagalji.
Sabiex tikkumpensa għal dan, il-piż tal-bagalja se tiżdied b’ 5 kilogrammi għal 20 filwaqt li l-prezz tal-bagalja se torħos b’ €10 għal €25.
//= $special ?>

