Tħabbret il-mewt ta’ Monsinjur Fortunato Mizzi, l-uniku wild tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Nerik Mizzi.
Monsinjur Fortunato Mizzi miet mewta naturali fl-età 88 sena, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, imdawwar minn numru ta’ persuni li sal-aħħar mumenti ta’ ħajjtu baqgħu iżommulu kumpanija.
Monsinjur Fortunato Mizzi kien issemma għan-nannu tiegħu, il-fundatur u eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Fortunato Mizzi.
Matul ħajjtu, Monsinjur Mizzi għex fl-istess dar li fiha għex u miet missieru, Enrico Mizzi, fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta. Hemmek, Monsinjur Fortunato Mizzi baqa’ jgħix kważi għal ħajjtu kollha, sakemm tmien snin ilu jgħix fid-Dar tal-Kleru.
Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill-ewwel żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll biex tamministra l-propjetà, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi.
Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tagħha huwa Richard Muscat, tikkonverti d-dar ta’ Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mużew tal-istorja politika f’Malta.
//= $special ?>