Sa issa nġabru aktar minn 13,500 vot tat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista li nhar is-Sibt se jkunu jistgħu jivvutaw biex ikun elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara li matul il-ġurnata tal-Erbgħa nġabru mal-elf dokument tal-vot.
Il-Ħamis huwa l-aħħar ċans li jinġabru l-voti. Bejn id-9am u s-6pm mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’tal-Pieta u fis-Sub-Headquarters ta’ Sannat f’Għawdex bejn is-1pm u s-6pm.
Sadanittant, il-Ħamis fid-9pm se jinżamm id-Dibattitu finali bejn iż-żewġ Kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u Chris Said, filwaqt li l-Ġimgħa fis-7.30pm fid-Dar Ċentrali, jingħata bidu għall-Konvenzjoni Ġenerali bl-aħħar diskors ta’ Simon Busuttil bħala Kap tal-Partit.
L-elezzjoni tas-Sibt imbagħad tkun miftuħa bejn it-8am u d-9pm fuq il-Fosos tal-Furjana u fl-MFCC f’Ta’ Qali, kif ukoll bejn it-8am u t-8pm fis-‘Sub-Headquarters’ tal-Partit f’Ta’ Sannat Għawdex. Wara l-votazzjoni, jibda mill-ewwel il-proċess tal-Għadd tal-Voti fuq il-Fosos.
Numru ta’ Kumitati Sezzjonali qed joffru trasport għal dawk li jixtiequ jivvutaw fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista nhar is-Sibt li ġej Aktar dettalji dwar dan it-trasport tistgħu ssibuh fuq: www.pn.org.mt/trasport.
//= $special ?>