Lokali

Carmel Cacopardo maħtur Chairman tal-AD

Il-Perit Carmel Cacopardo nħatar Chairman tal-Alternattiva Demokratika b’mod unanimu waqt il-laqgħa ġenerali straordinarja tal-Partit. Il-laqgħa iddiskutiet ir-riżutat tal-aħħar elezzjoni u t-triq ‘il quddiem biex il-partit jibqa’ jmexxi ‘l quddiem b’alternattivi politiċi. Cacopardo diġa serva terminu ieħor bħala Chairman tal-AD.

Il-Perit Cacopardo kien l-unika persuna nominata għall-kariga minflok il-Professur Arnold Cassola li wara r-riżultat elettorali kien ħabbar l-intenzjoni tiegħu li ma jerġax jikkontesta għall-kariga.