Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said tefa’ l-vot tiegħu wara li vvota fis-Sub-Headquarters tal-Partit Nazzjonalista fis-Sannat Għawdex.
Hu vvota għall-ħabta tat-8.30 ta’ filgħodu u kien akkumpanjat mill-mara tiegħu. Mal-wasla tiegħu, hu ntlaqa’ mill-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista li qed jassistu fil-proċess tal-elezzjoni f’Għawdex.
Il-post tal-votazzjoni f’Għawdex fetaħ fit-tmienja u jagħlaq fit-tmienja tal-lejla. Minnufih wara, il-kaxxi tal-voti ta’ Għawdex jittieħdu l-Fosos tal-Furjana fejn hemmek isir l-għadd tal-voti.
Kompli segwi l-aħħar aġġornamenti b’rabta mal-elezzjoni għal Kap tal-PN fuq netnews.com.mt
//= $special ?>