Il-plejer internazzjonali Malti Aurelien Cousin iddeċieda li jħalli liċ-Champions San Ġiljan biex minflok jingħaqad ma’ Exiles. Cousin kien spiċċalu l-kuntratt tiegħu u b’sens ta’ irġulija għażel li jmur ma’ dak il-klabb li ġabu f’Malta minflok jingħaqad ma’ Neptunes, Sliema jew Sirens, f’dik li hi l-aħħar fażi tal-karriera.
F’kummenti fuq il-paġna uffiċjali ta’ San Ġiljan, il-President tal-klabb Daniel Aquilina rringrazzja lil Cousin ta’ kif iddiskuta mal-klabb u qal li jirrispetta d-deċiżjoni tiegħu u awguralu għal futur.
Cousin kien strumentali speċjalment fid-difiża għat-tim ta’ San Ġiljan, u dan l-akkwist se jkompli jgħin lil Exiles biex inaqsu d-distakk minn mat-timijiet ta’ fuqhom. Minbarra li kien plejer, Cousin kien ma’ Exiles ukoll bħala kowċ tat-tim tal-kbar u wara perjodu fis-settur tal-kowċing, il-Franċiż naturalizzat Malti ngħaqad ma’ San Ġiljan fl-2015.
Fit-tliet staġun li lagħab mal-Ġiljaniżi, Cousin skorja 72 gowl u magħhom rebaħ darbtejn il-kampjonat, tliet darbiet in-knock-out, darbtejn il-kampjonat tax-xitwa u darbtejn it-Tazza tal-President.
//= $special ?>