Filwaqt li l-Oppożizzjoni ikkommettiet ruħha li tagħti ‘free-vote’ lid-Deputati tagħha f’affarijiet fejn tidħol il-moralità, mhux l-istess jista’ jingħad għad-Deputati tal-Gvern, hekk kif dawn għandhom verżjonijiet differenti dwar jekk il-Prim Ministru għandux jagħtihom ‘free-vote’.