Laika, kelba ta’ razza chow chow pura, ġiet abbandunata mill-familja tagħha stess wara li l-istess familja ħallietha timrad.
Fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) ippubblikat ritratti tal-kelba, li tħalliet timrad mill-familja tagħha stess.
Skont l-AAA, il-ġilda kollha ta’ Laika hija infettata, u b’konsegwenza ta’ hekk, qed tarmi riħa tinten ħafna. Dan apparti marda f’għajnejha li qed twassal għal tbatija kbira.
Fl-aħħar jiem Laika ttieħdet għand il-veterinarju u issa qed tinħasel u tingħata l-pilloli. Fil-jiem li ġejjin, il-pil ta’ Laika jkun jista’ jitqaxxar, peress li bħalissa l-kelba għadha qed tbati.
Fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati qalet li dan it-tip ta’ abbandun ma jiġix mil-lum għal għada, iżda jiżviluppa fuq perjodu ta’ ġimgħat ta’ abbandun.
L-istess assoċjazzjoni appellat għall-għajnuna tal-pubbliku u ppubblikat dawn id-dettalji għal min jixtieq jgħin:
Kont tal-Paypal:
https://www.paypal.me/aaamalta
SMS:
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66
3
Ritratti: AAA / Facebook
//= $special ?>