Għawdex Lokali

FILMAT: Titħabbar il-mewt tal-missjunarju Dun Ġorġ Grima

AĠĠORNATA

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-missjunarju Dun Ġorġ Grima, Għawdxi li għal diversi snin wettaq xogħol missjunarju madwar id-dinja, fosthom il-Brażil u l-Albanija.

Dun Ġorġ, li kellu 67 sena, baqa’ jaħdem sal-aħħar għal dawk foqra, filfatt sa l-aħħar ta’ Awwissu li għadda preżenta maratona fuq Net Television b’risq il-Moviment Missjunarju Ġesu fil-Proxxmu, moviment li waqqaf hu stess 30 sena.

Dan l-aħħar Dun Ġorġ kien rikoverat l-isptar minħabba l-operazzjoni tal-bypass.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi tweet esprima d-dispjaċir tiegħu għall-mewt ta’ Dun Ġorġ Grima. Hu ddeskrivih bħala bniedem altruwist u xempju tas-solidarjeta’ li ddedika ħajtu għall-foqra.

NET News jinsab infurmat li Dun Ġorġ se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis li ġej, fil-5 ta’ waranofsinhar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex.