Futbol Sport

Jonathan Caruana sospiż għal erba’ snin minħabba doping

Jonathan Caruana

Il-plejer internazzjonali Malti u ta’ Valletta Jonathan Caruana ġie sospiż għal erba’ snin minn kull attivita’ fil-futbol wara li nstab pożittiv għad-doping.

Caruana kien irriżulta pożittiv għal test għal sustanzi illegali mill-aġenzija nazzjonali kontra d-doping, in-NADA madwar xahrejn ilu, matul il-pre-season, u kien ġie sospiż immedjatament sakemm isiru aktar testijiet.

Jidher li r-riżultati kienu kkonfermati t-Tlieta u n-NADA infurmat lill-MFA bis-sejbiet tagħha u l-projbizzjoni għal erba’ snin.

Din l-aħbar hi daqqa ta’ ħarta kemm għal Valletta kif ukoll għal Caruana nnifsu li kien qed jittama li jirritorna għal logħob.