Iċ-ċkejken Nigel, li lbieraħ għamel operazzjoni biex tinbidillu qalbu, persuni qrib tiegħu qalulna li issa Nigel qed jirkupra bil-mod fl-isptar fl-Ingilterra.
Nigel kien ilu 5 xhur l-Ingilterra jistenna qalb, u lbieraħ fl-aħħar kien wasal il-mument li tant kien ilu jistenna.
L-operazzjoni tant delikata li għamel Nigel damet 6 sigħat u saret f’Great Ormond Street Hospital.
